Difference between revisions of "Soċjeta Mużikali Sant' Antnin"
m (added Category:Soċjeta Mużikali Sant' Antnin using HotCat) |
|||
(28 intermediate revisions by 2 users not shown) | |||
Line 1: | Line 1: | ||
{{cleanup}} | {{cleanup}} | ||
== | == Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Sant' Antnin == | ||
[[File:Bandasantanthnin.jpg|300px|thumb|right|Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin Band Club Birkirkara A.D. 1983]] | [[File:Bandasantanthnin.jpg|300px|thumb|right|Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin Band Club Birkirkara A.D. 1983]] | ||
Il-Banda tas-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin kif inhi magħrufa illum, twaqqfet formalment fl-1983 iżda l-istorja tagħha tmur lura ħafna snin qabel. Kien fis-snin sittin li fost il-komunita tai-Patrijiet Franġiskani Konventwali kien hemm Patri Dumink Bonello li kif kien jara ħafna tfal ħerqana għall-festa ta' Sant' Antnin, dan kien iħeġġiġhom iktar biex jieħdu sehem iżjed attiv fil-festa. | |||
==L-Ewwel Kumitat tal-Festa == | |||
Wara li spiċċa Patri Dumink minfloku ġie ieħor, Patri Alfred Calleja, mimli b'iktar ħeġġa u enerġija. Dan kompla ħeġġeġ lil dawk il-ġuvintur għall-festa ta' Sant' Antnin. Fl-1973 twaqqaf l-ewwel kumitat informali tal-festa li kien jiltaqa' fis-sagristija tal-knisja. Għall-festa ta' l-1974 dan il-kumitat ħa ħsieb li l-festa tibda ssir nħar ta' Ħadd filwaqt li wkoll beda jġib il-baned tal-lokal idoqqu kif ukoll baned oħra. | |||
== Issir Statwa Akbar == | |||
Fl-1975 il-festa ħadet xejra oħra. lnħasset i l-ħtieġa li tinbidel l-istatwa minn waħda żgħira għal waħda ikbar. FI-istess żmien, il-kumitat beda jixxennaq għall-post fejn jista' jiltaqa' u dan seħħ fis-sena 1978. il-festa għall-aħħar tas-snin sebgħin ħadet forma differenti fejn f'dawn is-snin ġieli ħadu sehem seba' baned biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew il-Ħamis u jispiċċaw bil-marċ ta' l-aħħar, hekk imsejjaħ tan-nar. Iżda l-ħolma ta' ħafna dilettanti kienet waħda dik li titwaqqaf soċjeta mużikali. | |||
== Titwaqqaf is-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin == | |||
Din il-ħolma waslet snin wara t-twaqqif tal-kumitat Soċjali Sant' Antnin, ġie deċiż li titwaqqaf Banda. Il-kumitat beda jara u jfittex minn sejjer ikun l-ewwel surmast Direttur tal-banda u l-għażla kienet il-Maġġur [[Anthony Aquilina]], Surmast li l-marċi tiegħu kienu saru popolari u jindaqqu f'kull rokna ta' [[Malta]] u [[Għawdex]], kif ukoll barra minn xtutna. | |||
==L-Ewwel Surmast u l-Ewwel Festa bil-Banda Sant’ Antnin== | |||
Il-Maġġur kien mar il-każin u wara laqgħa mal-kumitat ġie deċiż li hu se jkun l-ewwel Surmast. Fis-26 ta' Jannar, ta' l-1983 issejħet l-ewwel seduta ġenerali b'tema waħda fuq l-aġenda: it-twaqqif tal-banda. Għal din is-seduta attendew b'entużjażmu kważi l-membri kollha li approvaw b'akklamazzjoni kbira l-ħatra tai-Maġġur Anthony Aquilina. | |||
F'Marzu ta' l-istess sena ħareġ il-permess biex minn każin soċjali jinbidel f'wieħed tal-banda. L-ewwel dehra ta' din il-Banda saret fil-festa ta' dik is-sena stess fejn attendew folol kbar ta' nies biex jaraw u jisimgħu din il-Banda ġdida. | |||
Tliet snin wara t-twaqqif tal-Banda, is-Soċjeta messitha x-xorti ħażina meta fil-21 ta' Settembru ta' l-1985 miet ii-Maġġur Anthony Aquilina. L-għada tal-mewt tiegħu saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-baned, Sant' Antnin, King's Own, iben il-Maġġur, [[Jeffrey Aquilina Ross]] li ġie mill-Ingilterra u s-Sur [[Charlie Calleja]], ħabib intimu tal-Maġġur. | |||
Din il-laqgħa saret biex ikun stabbilit fejn se ssir il-quddiesa funebri u liema banda kienet sejra takkumpanja l-korteo. Fil-fatt ġie deċiż li l-quddiesa issir fil-knisja ta' San Franġisk, B'Kara u tieħu sehem il-Banda Sant 'Antnin. Fuq xewqa tal-Maġġur stess indaqqu għall-ewwel darba f'funeral il-marċ brijużi, 'Balfrendozan' u l-Preghiera lil Sant'Antnin. Attendew għall-korteo u 1-quddies l-ogħla personalitajiet tal-pajjiż kif ukoll numru kbir ta' baned bil-preżenza ta' 55 standard fosthom ukoll minn Għawdex. | |||
== Jinħatar it-Tieni Surmast Emanuel Brincat == | |||
Wara l-Maġġur, inħatar bħala Surmast [[Emanuel Brincat]] u jassisti fil-kariga ta' assistant surmast inħatar is-Sur [[Mario Felice]] li ħa post il-mibki Surmast [[Francesco Zammit]]. Is-Sur Felice kollu jirreżenja minħabba raġunijiet personali u minfloku laħaq is-Surmast [[Raymond Zammit]]. | |||
Wara seba' snin bħala surmast, Mro. Emanuel Brincat irreżenja f'Settembru ta' l-1992. | |||
==It-Tielet Surmast Archibald Mizzi == | |||
Wara ir-reżenja ta’ Mro. Emanuel warajh laħaq is-Surmast [[Archibald Mizzi]], nħar il-15 t'Ottubru ta' l-1992. Is-Surmast Mizzi għadu Surmast tal-banda sal-lum, fejn issa ilu fuq 31 sena imexxi lill din il-Banda, li propju f’Diċembru, ta’ 2022 kienet in-nominarju, u spiċċa ingħata l-unur ta’ Ġieħ ir-Repubblika. | |||
Fl-2017 laħaq Assistent tiegħu il-bandist tal-post [[Emmanuel Giordimaina]]. Il-Banda Sant' Antnin tul dawn is-snin ħadet sehem f'diversi akkademji mużikali u kunċerti. | |||
Il-Banda tas-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin hija stabbilita tant u hekk li tiġi mistiedna f'diversi lokalitajiet biex tipparteċipa bil-mużika tagħha. Dawn kienu ftit mill-ġrajjiet ewlenin ta' din il-banda li għalkemm relattivament għadha żgħira fi-eta żgur li hi banda fertili u li għad nisimgħu ħafna aktar dwarha. | |||
== Organisation == | == Organisation == | ||
=== | === Surmastrijiet === | ||
{| class="wikitable sortable" name="1st" | {| class="wikitable sortable" name="1st" | ||
|- | |- | ||
! No !! | ! No !! Surmastrijiet !! Minn !! Sa | ||
|- | |- | ||
| 01|| | | 01||[[Anthony Aquilina]]||1983||1985 | ||
|- | |- | ||
| 02||[[ | | 02||[[Emanuel Brincat]]||1985||1992 | ||
|- | |- | ||
| 03||[[ | | 03||[[Archibald Mizzi]]||1992|| | ||
|- | |- | ||
|} | |} | ||
=== | === Presidenti === | ||
{| class="wikitable sortable" name="1st" | {| class="wikitable sortable" name="1st" | ||
|- | |- | ||
! No !! | ! No !! Presidenti !! Minn !! Sa | ||
|- | |- | ||
| 01||Fr. [[Alfred Calleja]] OFM.Conv.||1983||1985 | | 01||Fr. [[Alfred Calleja]] OFM.Conv.||1983||1985 | ||
|- | |- | ||
| 02||Arch. [[Joe Bugeja]] A. & C.E.||1985|| | | 02||Arch. [[Joe Bugeja]] A. & C.E.||1985||2023 | ||
|- | |||
| 03||Dr.[[Marouska Debono]]||2023|| | |||
|- | |- | ||
|} | |} | ||
=== | === Segretarji === | ||
{| class="wikitable sortable" name="1st" | |||
|- | |||
! No !! Segretarji !! Minn !! Sa | |||
|- | |||
| 01||[[Joe Debono]]||1983||1977 | |||
|- | |||
| 02||[[Victor]]||1978||1978 | |||
|- | |||
| 03||Joe Debono||1978||2002 | |||
|- | |||
| 04||[[Anthony Borg]]||2003||2003 | |||
|- | |||
| 05||[[Walter Muscat]]||2009||2011 | |||
|- | |||
| 06||[[Jeantoin Magri]]||2012||2015 | |||
|- | |||
| 07||Walter Muscat||2016|| | |||
|- | |||
|} | |||
=== | === Teżoriera === | ||
{| class="wikitable sortable" name="1st" | |||
|- | |||
! No !! Teżoriera !! Minn !! Sa | |||
|- | |||
| 01||[[Walter Muscat]]||2004||2008 | |||
|- | |||
| 02||[[Renato Camilleri]]||2009||2011 | |||
|- | |||
| 03||[[Marvin Borg]]||2016 ||2017 | |||
|- | |||
| 04||[[Noel Borg]]||2018|| | |||
|- | |||
|} | |||
==Band Commissions== | ==Band Commissions== | ||
Line 64: | Line 128: | ||
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1986)]]||1986||*|||||| | | 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1986)]]||1986||*|||||| | ||
|- | |- | ||
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijużi | | 03||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1989)]]||1989||*|||||| | ||
|- | |- | ||
| 04||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara ( | | 04||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1992)]]||1992||*|||||| | ||
|- | |- | ||
| 05||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin | | 05||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - 10 snin mit-Twaqqif tal-Banda - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1993)]]||1993||*|||||| | ||
|- | |- | ||
| 06||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1998)]]||1998||*|||||| | | 06||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1994)]]||1994||*|||||| | ||
|- | |||
| 07||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1996)]]||1996||*|||||| | |||
|- | |||
| 08||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (1998)]]||1998||*|||||| | |||
|- | |||
| 09||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Birkirkara (2000)]]||2000||*|||||| | |||
|- | |- | ||
|} | |} | ||
Line 87: | Line 157: | ||
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - F'Għeluq L-Għaxar Snin Minn Mewtu (1995)]]||1995||*|||||| | | 01||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - F'Għeluq L-Għaxar Snin Minn Mewtu (1995)]]||1995||*|||||| | ||
|- | |- | ||
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (2019)]]||2019||*|||||| | | 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - (Vol.2) (1997)]]||1997||*|||||| | ||
|- | |||
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - (Vol.3) (2003)]]||2003||*|||||| | |||
|- | |||
| 04||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin (2008)]]||2008||*|||||| | |||
|- | |||
| 05||[[Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin (2019)]]||2019||*|||||| | |||
|- | |- | ||
|} | |} |
Latest revision as of 04:04, 1 August 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Sant' Antnin
Il-Banda tas-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin kif inhi magħrufa illum, twaqqfet formalment fl-1983 iżda l-istorja tagħha tmur lura ħafna snin qabel. Kien fis-snin sittin li fost il-komunita tai-Patrijiet Franġiskani Konventwali kien hemm Patri Dumink Bonello li kif kien jara ħafna tfal ħerqana għall-festa ta' Sant' Antnin, dan kien iħeġġiġhom iktar biex jieħdu sehem iżjed attiv fil-festa.
L-Ewwel Kumitat tal-Festa
Wara li spiċċa Patri Dumink minfloku ġie ieħor, Patri Alfred Calleja, mimli b'iktar ħeġġa u enerġija. Dan kompla ħeġġeġ lil dawk il-ġuvintur għall-festa ta' Sant' Antnin. Fl-1973 twaqqaf l-ewwel kumitat informali tal-festa li kien jiltaqa' fis-sagristija tal-knisja. Għall-festa ta' l-1974 dan il-kumitat ħa ħsieb li l-festa tibda ssir nħar ta' Ħadd filwaqt li wkoll beda jġib il-baned tal-lokal idoqqu kif ukoll baned oħra.
Issir Statwa Akbar
Fl-1975 il-festa ħadet xejra oħra. lnħasset i l-ħtieġa li tinbidel l-istatwa minn waħda żgħira għal waħda ikbar. FI-istess żmien, il-kumitat beda jixxennaq għall-post fejn jista' jiltaqa' u dan seħħ fis-sena 1978. il-festa għall-aħħar tas-snin sebgħin ħadet forma differenti fejn f'dawn is-snin ġieli ħadu sehem seba' baned biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew il-Ħamis u jispiċċaw bil-marċ ta' l-aħħar, hekk imsejjaħ tan-nar. Iżda l-ħolma ta' ħafna dilettanti kienet waħda dik li titwaqqaf soċjeta mużikali.
Titwaqqaf is-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin
Din il-ħolma waslet snin wara t-twaqqif tal-kumitat Soċjali Sant' Antnin, ġie deċiż li titwaqqaf Banda. Il-kumitat beda jara u jfittex minn sejjer ikun l-ewwel surmast Direttur tal-banda u l-għażla kienet il-Maġġur Anthony Aquilina, Surmast li l-marċi tiegħu kienu saru popolari u jindaqqu f'kull rokna ta' Malta u Għawdex, kif ukoll barra minn xtutna.
L-Ewwel Surmast u l-Ewwel Festa bil-Banda Sant’ Antnin
Il-Maġġur kien mar il-każin u wara laqgħa mal-kumitat ġie deċiż li hu se jkun l-ewwel Surmast. Fis-26 ta' Jannar, ta' l-1983 issejħet l-ewwel seduta ġenerali b'tema waħda fuq l-aġenda: it-twaqqif tal-banda. Għal din is-seduta attendew b'entużjażmu kważi l-membri kollha li approvaw b'akklamazzjoni kbira l-ħatra tai-Maġġur Anthony Aquilina.
F'Marzu ta' l-istess sena ħareġ il-permess biex minn każin soċjali jinbidel f'wieħed tal-banda. L-ewwel dehra ta' din il-Banda saret fil-festa ta' dik is-sena stess fejn attendew folol kbar ta' nies biex jaraw u jisimgħu din il-Banda ġdida.
Tliet snin wara t-twaqqif tal-Banda, is-Soċjeta messitha x-xorti ħażina meta fil-21 ta' Settembru ta' l-1985 miet ii-Maġġur Anthony Aquilina. L-għada tal-mewt tiegħu saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-baned, Sant' Antnin, King's Own, iben il-Maġġur, Jeffrey Aquilina Ross li ġie mill-Ingilterra u s-Sur Charlie Calleja, ħabib intimu tal-Maġġur.
Din il-laqgħa saret biex ikun stabbilit fejn se ssir il-quddiesa funebri u liema banda kienet sejra takkumpanja l-korteo. Fil-fatt ġie deċiż li l-quddiesa issir fil-knisja ta' San Franġisk, B'Kara u tieħu sehem il-Banda Sant 'Antnin. Fuq xewqa tal-Maġġur stess indaqqu għall-ewwel darba f'funeral il-marċ brijużi, 'Balfrendozan' u l-Preghiera lil Sant'Antnin. Attendew għall-korteo u 1-quddies l-ogħla personalitajiet tal-pajjiż kif ukoll numru kbir ta' baned bil-preżenza ta' 55 standard fosthom ukoll minn Għawdex.
Jinħatar it-Tieni Surmast Emanuel Brincat
Wara l-Maġġur, inħatar bħala Surmast Emanuel Brincat u jassisti fil-kariga ta' assistant surmast inħatar is-Sur Mario Felice li ħa post il-mibki Surmast Francesco Zammit. Is-Sur Felice kollu jirreżenja minħabba raġunijiet personali u minfloku laħaq is-Surmast Raymond Zammit.
Wara seba' snin bħala surmast, Mro. Emanuel Brincat irreżenja f'Settembru ta' l-1992.
It-Tielet Surmast Archibald Mizzi
Wara ir-reżenja ta’ Mro. Emanuel warajh laħaq is-Surmast Archibald Mizzi, nħar il-15 t'Ottubru ta' l-1992. Is-Surmast Mizzi għadu Surmast tal-banda sal-lum, fejn issa ilu fuq 31 sena imexxi lill din il-Banda, li propju f’Diċembru, ta’ 2022 kienet in-nominarju, u spiċċa ingħata l-unur ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
Fl-2017 laħaq Assistent tiegħu il-bandist tal-post Emmanuel Giordimaina. Il-Banda Sant' Antnin tul dawn is-snin ħadet sehem f'diversi akkademji mużikali u kunċerti.
Il-Banda tas-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin hija stabbilita tant u hekk li tiġi mistiedna f'diversi lokalitajiet biex tipparteċipa bil-mużika tagħha. Dawn kienu ftit mill-ġrajjiet ewlenin ta' din il-banda li għalkemm relattivament għadha żgħira fi-eta żgur li hi banda fertili u li għad nisimgħu ħafna aktar dwarha.
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Anthony Aquilina | 1983 | 1985 |
02 | Emanuel Brincat | 1985 | 1992 |
03 | Archibald Mizzi | 1992 |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Fr. Alfred Calleja OFM.Conv. | 1983 | 1985 |
02 | Arch. Joe Bugeja A. & C.E. | 1985 | 2023 |
03 | Dr.Marouska Debono | 2023 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Joe Debono | 1983 | 1977 |
02 | Victor | 1978 | 1978 |
03 | Joe Debono | 1978 | 2002 |
04 | Anthony Borg | 2003 | 2003 |
05 | Walter Muscat | 2009 | 2011 |
06 | Jeantoin Magri | 2012 | 2015 |
07 | Walter Muscat | 2016 |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Walter Muscat | 2004 | 2008 |
02 | Renato Camilleri | 2009 | 2011 |
03 | Marvin Borg | 2016 | 2017 |
04 | Noel Borg | 2018 |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
Cd's
No | Name of Cd | Year | Festive Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - F'Għeluq L-Għaxar Snin Minn Mewtu (1995) | 1995 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - (Vol.2) (1997) | 1997 | * | |||
03 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Maġġur Anthony Aquilina - (Vol.3) (2003) | 2003 | * | |||
04 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin (2008) | 2008 | * | |||
05 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Mużikali Sant' Antnin (2019) | 2019 | * |