Difference between revisions of "Victor Galea"
(Arranged Page: Victor Galea) |
|||
Line 6: | Line 6: | ||
Għal xi żmien daħal bħala membru fil-kumitat ta’ din l-Għaqda Mużikali Mqabbija u kiseb il-kariga ta’ direttur ġenerali. | Għal xi żmien daħal bħala membru fil-kumitat ta’ din l-Għaqda Mużikali Mqabbija u kiseb il-kariga ta’ direttur ġenerali. | ||
B’riħet hekk sar ammiratur | B’riħet hekk sar ammiratur kbir tal-Maġġur [[Anthony Aquilina]] u sar nistgħu negħdu kollezzjonista akkanit tal-marċi tiegħu. | ||
Victor Galea seħħlu fost marċi oħra, jikkomponi wieħed, b’arranġament ta’ Mro. [[Alfred Farrugia]] L. Mus. L.C.M. u ddedikah lir-Re tal-melodiji ferrieħa. | Victor Galea seħħlu fost marċi oħra, jikkomponi wieħed, b’arranġament ta’ Mro. [[Alfred Farrugia]] L. Mus. L.C.M. u ddedikah lir-Re tal-melodiji ferrieħa. | ||
Line 13: | Line 13: | ||
Interessanti il-fatt li minkejja li Victor kiteb din il-bijografija dwar il-Maġġur Anthony Aqulina, Victor ma kellux ixorti li jintaqqa xi darba miegħu, wiċċ imb’ wiċċ, għajr li darba kien kelmu bit-telefon. | Interessanti il-fatt li minkejja li Victor kiteb din il-bijografija dwar il-Maġġur Anthony Aqulina, Victor ma kellux ixorti li jintaqqa xi darba miegħu, wiċċ imb’ wiċċ, għajr li darba kien kelmu bit-telefon. | ||
Fl-2002 b’għajnuna ta’ Mro. [[Alfred Farrugia]] L. Mus. L.C.M. kien ikkompona marċ b’iskop li ikun dedikat lill-mibki Maġġur Anthony Aquilina u dwar l-isem kien ikonsulta ma’ Mro. Alfred Farrugia u ma ħabib | Fl-2002 b’għajnuna ta’ Mro. [[Alfred Farrugia]] L. Mus. L.C.M. kien ikkompona marċ b’iskop li ikun dedikat lill-mibki Maġġur Anthony Aquilina u dwar l-isem kien ikonsulta ma’ Mro. Alfred Farrugia u ma ħabib tiegħu '''Charles Calleja''' li inċidentalment jiġi missier it-tenur ċelebri malti [[Joseph Calleja]], finalment dan il-marċ kien isemmha '''Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina'''. | ||
U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija [[Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria]], b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta. | U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija [[Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria]], b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta. |
Revision as of 13:46, 24 July 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Victor Galea iben Felix u Julia Galea twieled L-Imqabba nhar it-13 ta’ Settembru, ta’ l-1958. Victor iżżewweġ lil Rita mwielda Schembri mill-Belt Valletta u għandhom żewġt itfal subien, Felix u Clinton.
Imħeġġeġ minn missieru Feliċ Galea li kien bandist, Victor beda t-taħriġ tiegħu fuq id-daqq tal-batterija mas-Surmast George Martin li kien is-Surmast direttur tal-Banda tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba.
Għal xi żmien daħal bħala membru fil-kumitat ta’ din l-Għaqda Mużikali Mqabbija u kiseb il-kariga ta’ direttur ġenerali.
B’riħet hekk sar ammiratur kbir tal-Maġġur Anthony Aquilina u sar nistgħu negħdu kollezzjonista akkanit tal-marċi tiegħu. Victor Galea seħħlu fost marċi oħra, jikkomponi wieħed, b’arranġament ta’ Mro. Alfred Farrugia L. Mus. L.C.M. u ddedikah lir-Re tal-melodiji ferrieħa.
Bl-għajnuna ta’ Chev.George Bianchi, Victor irmexxielu wkoll li jwassal ġabra ta’ tagħrif li hu kien ġabar dwar il-Maġġur Anthony Aquilina, bijografija li huwa kien ippubblika f’2008 bl-isem ta’ Il-Maġġur Anthony Aquilina - Is-Surmast tal-Marċi Maltin.
Interessanti il-fatt li minkejja li Victor kiteb din il-bijografija dwar il-Maġġur Anthony Aqulina, Victor ma kellux ixorti li jintaqqa xi darba miegħu, wiċċ imb’ wiċċ, għajr li darba kien kelmu bit-telefon.
Fl-2002 b’għajnuna ta’ Mro. Alfred Farrugia L. Mus. L.C.M. kien ikkompona marċ b’iskop li ikun dedikat lill-mibki Maġġur Anthony Aquilina u dwar l-isem kien ikonsulta ma’ Mro. Alfred Farrugia u ma ħabib tiegħu Charles Calleja li inċidentalment jiġi missier it-tenur ċelebri malti Joseph Calleja, finalment dan il-marċ kien isemmha Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina.
U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta.
Wara Victor Galea dan il-marċ kien irregalah lill-banda tas-Soċjeta Filarmonika King's Own, Victor jgħid li dan il-marċ kien ntgħoġob ferm tant li hemm aktar minn sittax-il banda oħra li għadhom iddoqquh minn żmien għal żmien.
Minkejja li f’belt twelidu Ħaż-Żebbuġ hemm triq imsemmija għal għalih, bħala Triq Anthony Aquilina Mużiċista 1906-1985 u f’Birkirkara hemm Triq Il-Maġġur Aquilina, Hija xewqa kbira ta’ Victor Galea li f’ Ħaż-Żebbuġ jsir il-mafkar tiegħu.
Xogħlijiet ta' Victor Galea
No | Marċi Brijużi | Sena | Baned: |
---|---|---|---|
01 | Warbu Minn Nofs Ħa Jgħaddu L-Kbar | 2002 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
02 | Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina | 2002 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
03 | Hbieb Ghal Dejjem | 2004 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
04 | Festa Grandjuza | 2006 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
05 | Dominanti | 2009 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
06 | Honourable President | 2012 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
07 | Andrea | 2015 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
08 | Lil Ammiraturi Tal Baned | 2018 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
09 | Minn Surmast Ghal Ieħor | 2021 | Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq |
- B'arrangamenti ta' Mro. Alfred Farrugia